Monday, 30 June 2014


Lil Sonia.

Għax aħna t-tnejn nixxiebħu
Twelidna f’post ħażin u qatt ma ltqajna,
U nafu lil xulxin kull xħin nilgħabu
Jien bil-qamar, int bix-xemx
Ġo sema kollu kwiekeb.
Imbagħad bdiet nieżla z-zita. . .
Għax aħna t-tnejn nixxiebħu
U jiena kont xi ħadd li qatt ma stenbaħ
U int għaraftni.
Kien hemm xi żmien li xtaqt ngħannilek
Għax naf li meta nghanni
Inti tifhimni
U ħbatna ma xulxin
Xħin ħaddieħor fl-iskart irmiena,
Xħin jiena bdejt bil-qamar nilgħab,
Inti bix-xemx,
Ġo sema mingħajr kwiekeb.
Għax inti kont  is-sema, jien il-baħar.
U jien lanqas kont hemm
Xħin bdiet ix-xita traxxax,
Għax min fix-xita twieled
Xortih ħażina.

Alfred Grech.

30-06-2014

No comments:

Post a Comment