Wednesday, 25 June 2014



Mingħajr ma nafu.

Mingħajr ma nafu
It-tnejn li aħna tlajna telgħa,
Mnejn tlaqna ma nafux.
Int tgħid li din mhi xejn telgħa, hi triq wietja
Fil-wita tibqa’ għaddejja bla tbatija.
Jien ngħid li tielgħin telgħa,
U nibqgħu nitilgħuha
Bħat taraġ taz-zuntier.
Int mingħalik li għad trid tasal,
U jiena mingħalija
Li wasalna f’tarf l-irdum
Minn fejn nistħarreġ noqgħod
X’ikunu jgħidu l-kwiekeb.
Mingħar ma nafu.

Alfred Grech

25/06/2014

No comments:

Post a Comment