Il-pass li kien imiss.
Il-pass li
kien imiss kien għattaparsi,
In-niżla
kienet bdiet
U din mhix
xi żurżieqa.
Kull ilma
jaqta’ l-għatx kien ilma mdardar
Li ħsibtu
qtar fl-għajnejn.
Nifsek qawwieni.
Tqanqiliet ruħi,
flaġell.
Xewqati tondjaturi
Jew arkati
jserrħu t-tempju
Tat-tabernaklu
mitbuq tiegħek.
Għajnejk
jilgħabu logħoba,
Il-logħoba
li llum drajt
U jien bqajt
bħal tallab
Imdendel ma
kull xifer
F’dak
l-intervall ta’ bejn ħarsa u oħra
Nixxabbat mal-irdum
li jista’ jtaffi
Is-swat ta’
dil-burdata.
Alfred Grech
25/06/2014
No comments:
Post a Comment