Alkoħoliku.
Kull
mistoqsija li qed tagħmel,
Bejn sigarett
u kelma b’oħra,
Tpinġija
saret fuq il-ġilda,
Imbaghad titfixkel
ħaġa m’oħra.
Kemm il-tweġiba
qed tistenna,
Jekk qiegħed
tiġri ’l-bogħod minn dellek,
Taħrab il-waħx
u l-biża’ t’għada?
Malajr ser
titlef kull ma kellek!
U kemm
il-skuża għandek fil-komma,
Biex tibqa’
tiċħad dak li tara,
Tambur u
rasek taħt ir-ramel
Tqaċċat
madwarek bil-mannara?
U kemm
baqgħalek sabiex twieġeb
Il-mistoqsija
ta’ ħaddieħor,
Bejn id-duħħan
tas-sigaretti,
Jew ftit serħan
bejn grokk u ieħor.
Alfred Grech
11/05/2014

No comments:
Post a Comment