Iddum biex
tgħaddi din is-sħaba sewda.
Minghajr
ix-xemx kull jum migdud u mgħajjeb.
Il-baħħ ma
jimteliex, ta’ min ħalliena,
Mingħajr il-fus,
fix-xejn idddur ir-rota.
Bħal meta
tqanqal blata minn imkienha
Li tħalli
l-fierah, tħalli l-baħħ warajha.
Għalik
Marija ddoqq din il-qanqiena
Li tnissel
swied il qalb mimlija dieqa.
Tfakkarna li
trab konna, trab insiru,
U kollox
vanita’, u kollox frugħa:
Buffura rih
il-ħajja fuq din l-art minsija.
U mhux
lakemm jintiżen l-għali tagħna,
Fil-keffa
tal-miżien il-ħsara tqiegħed.
Miċ-ċomb u
mill-merkurju hu itqal kliemna,
Mifxul il-ħsieb
u dalma fuq għajnejna.
Iddoqq din
il-qanpiena, in-nies miġbura
Nagħtuk minn
qalbna lkoll tislim tal-aħħar,
Għalik is-sogħoba
tagħna, li kont magħna
Fl-inżul u
t-tlajja mxejt ta’ dil-mogħodija.
Għalik din
it-tislima tal-qanpiena,
Għax issa m’għadekx
magħna, sirt tifkira,
Fid-dlam
tal-ħsibijiet, fiċ-ċpar tad-dubbji
Ninfexxu lkoll
fil-mistoqsija eterna:
Għaliex il-mewt,
għaliex din it-tbatija?
Għaliex bil-mewt
jingħalaq ktieb il-ħajja.
Ninfexxu
lkoll nistaqsu l-mistoqsija:
Għaliex minn
fost kulħadd Marija kienet
Li kellha
ħesrem tħalli l-wied qabilna,
Dil-mara li
f’ħajjitha dejjem tħabrek
Minn dawl sa
dlam biex trawwem il-familja,
Sabiex kull
sehem jitkattar u jsir mija.
B’idejha
merhijin hi kienet tqawwi
Lill kull
min kien jinħtieġ, lil kull min jogħotor.
Min irkuptejħ
milwija kienet tqajjem
U twieżen
lil magħdur, bi kliemha sieber.
Għax kienet
it-tjubija l-qawwa tagħha
U l-qalb
qawwija s-saħħa ta’ mġibitha.
Għaliex dawk
ta’ bla ħtija qed jintilfu,
In-nies
il-ġusti kollha qed jinqerdu?
Iżd’hemm
kapitlu ieħor li jinkiteb
Lilhinn minn
dawn ix-xtut, lilhinn mix-xefaq.
Fuq xatt
l-eternita’, hemmhekk kull ħolma
Tissarraf f’realta’,
li hu jsir ħolma.
Hemmhekk
hemm l-infinit b’ebda fruntiera;
Hemmhekk il-mard,
il-qtigħ il-qalba, kull ħaġa
Li tkidd lil
bniedem fl-art hi bla tifsira.
Hemmhekk issaltan
biss il kelma “Mħabba”.
Hemmhekk iss’hemm
Marija bi tbissima.
It triq ma
tilfithiex: Waslet qabilna!.
Galhekk
Missier Ħanin f’idejk ilqagħha
Lil din
ir-ruh li tant f’ħajjitha ħabbet,
Lil din
il-mara siekta u kollha rażan,
Li mxiet
it-telgħa kollha bi tbissima.
Ħallieha
titla’ t-taraġ tat-tron miegħek
Biex minn
hemm fuq hawn isfel lilna tara,
U żommha
ħdejk biex tgawdi l-hena tiegħek.
Alfred Grech
05/01/2014