Thursday, 16 January 2014

Fil-labirint tiegħek nintilef.

Fil-labirint tiegħek nintilef,
U l-lava qed tbaqbaq ġo fija,
Man-nifs tiela’ u nieżel tnehida,
Taħt qamar bellus mimli dija,

Fid-dalma tal-lejl trid tiżbroffa.
Nimmedita u nħares bla skużi
Żurżieqa riġlejk  bajdanija,
Offerta ta’ idejn ġenerużi.

Fost l-għaraq iqattar u t-togħoma
Tal-mielaħ, ser norqod ftit ieħor,
Għar-rdoss u għas sħana tat-tempju
Għax għada tkun f’ħoġor ħaddieħor.

Alfred Grech

16/01/2014

No comments:

Post a Comment