Tuesday, 7 January 2014

XCII.
 
Inti ġejt hawn u xgħeltli din ix-xemgħa
Biex mingħalik tagħmilli ftit tad-dija
Fid-dawl ta’ qamar tilma u tleqq kull demgħa,
Qatt ħsibt x’inhi t-tifsira ta’ dis-siegħa?

Tinqaleb ta’ taħt fuq f’dil-kolliżjoni
Tintebaħ tibda wkoll li kien imn’Alla,
Li bdejt bħal friefet naħrab l-illużjoni
Qalb ħafna lwien imħabbla tal-qawsalla.

Int għamel tabirruħek li ħdejk qiegħed,
Id f’id inżommu u nimxu ma' ħaddieħor
Tul-kuritur mudlam ta’ dak li kien imwiegħed
U mingħalina wsalna xi mkien ieħor.

Iż-żmien ngħadduh ninfexxu fi kliem fieragħ
Filwaqt li ntennu dak li kien tal-bieraħ.

Alfred Grech
02/01/2014




No comments:

Post a Comment