F’għajnejk il-kwiekeb jilmaw.
F’għajnejk il-kwiekeb
jilmaw ta’ fl-għaxija,
Ħaddejk bħal
wardiet ħomor bejn l-imsielet,
Bħal mewġ
il-baħar xagħrek, jobrom sieket,
Maż-żiffa
riħ li tilgħab bla tissielet.
Xeheda
ghasel dawk xuftejk ibewwsu mieles,
U kliemek
suffarina tkebbes xema’
Fid dlam ta' qalbi jidwi l-baħħ li tħalli
Kull xħin
minn fuq ħaddejja ġġelben demgħa.
Ma nafx x’irrid,
għaliex qed tistaqsini?
Kull meta
nersaq lejk hemm preċipizzju,
Miżien ta’
dak li nħobb u li hu xieraq,
Xi darba m'hemmx li naqta’ dan il-vizzju.
Alfred Grech
08/01/2014

No comments:
Post a Comment