Nixtieq li
flokok kont fuq it-tastiera,
Noħlom
il-ġdid, sabiħ dak li jistħoqqli,
Mingħajr biss
lanqas naf li dak hu xogħoli.
Nixtieq li
flokok kont, bit-tmun f’idejja,
Nissielet,
ninżel, ngħola ma kull mewġa,
Mingħajr ma
jgħidli ħadd hix passiġġata,
Inkella xi
vjaġġ ieħor ta’ skoperta.
Nixtieq li
bħalek kont bla ma nistaqsi,
Inkompli nagħmel
dak li qiegħed nagħmel,
Mhux nidħak
bik biex nieħu dak li ħaqqni
U nħoss li
ma kull pass qrobt lejn il-mansab.
Alfred Grech
13/01/2014

No comments:
Post a Comment