U għadna nfittxu r-ritmu.
U għadna
nfittxu r-ritmu ta’ kull darba
Li bqajna ma
żfinniex. U jiena tiela’
U nieżel ma
dil-bandla, bejn li jidher
U dak li hu.
U domna biex nammettu
Li l-maskri
rridu nċarrtu li jaħbuna,
U nħarsu
lejna nfusna bħal fil-mera
Għajnejn xulxin.
Mill-art il-biċċiet niġbru
Ta’ kull
tifkira ndommu mbagħad kullana
Biex niġi
nlibbisielek madwar għonqok.
Għax bqajt
ma nbaħtx li qed ninġarr mill-ħamla
Jew għal
warajk niġġerra qisek ninfa.
U bla ma taf
għaliex inti sirt reġina
Ta’ din
il-qalb li gada qiegħeda tfittex.
Alfred Grech
19/01/2014

No comments:
Post a Comment