Lil Sonia.
Għax aħna
t-tnejn nixxiebħu
Twelidna f’post
ħażin u qatt ma ltqajna,
U nafu lil
xulxin kull xħin nilgħabu
Jien bil-qamar,
int bix-xemx
Ġo sema
kollu kwiekeb.
Imbagħad bdiet
nieżla z-zita. . .
Għax aħna
t-tnejn nixxiebħu
U jiena kont
xi ħadd li qatt ma stenbaħ
U int
għaraftni.
Kien hemm xi
żmien li xtaqt ngħannilek
Għax naf li
meta nghanni
Inti tifhimni
U ħbatna ma
xulxin
Xħin ħaddieħor
fl-iskart irmiena,
Xħin jiena
bdejt bil-qamar nilgħab,
Inti bix-xemx,
Ġo sema mingħajr
kwiekeb.
Għax inti
kont is-sema, jien il-baħar.
U jien
lanqas kont hemm
Xħin bdiet
ix-xita traxxax,
Għax min
fix-xita twieled
Xortih ħażina.
Alfred Grech.
30-06-2014


















