Friday, 27 June 2014


It- tgħannieqa tiegħek.

It- tgħannieqa tiegħek, sħab li qed itellaq,
Bħal żiffa riħ sajfija
Taħt kwiekeb qiegħedin jibku
Bħal frak tal-ħġieġ imferrex
Li għad trid tirfes fuqu,
Inkella ddommhom waħda, waħda
F’kullana ta’ djamanti.
L-irtokk ta’ fuq ħaddejk
Iwitti biss il-ħofor
Tal-inċertezzi.
Biex fl-aħħar għad ukoll xi darba tgħidli
X’inhu l-assurd,
U dak li jagħmlek mara,
Tgħallimni kif tintlagħab il-logħoba
Li inti qatt ma titlef.

Alfred Grech.
27/06/2014


No comments:

Post a Comment