Saturday, 28 June 2014


Ma twebbilnix.

Ma twebbilnix
Kull xħin għall-ħoss tal-lira
Tgħannili l-għanja antika tas-sireni
Bil-passi qed joqorbu
U jien bix-xemx f’idejja.

Ma nisimgħekx,
Ukoll jekk għad nitebaħ
Bir-ritmu misterjuż quddiem l-udjenza
Ta’ dawk riġlejk itakknu.

U ma nemmnekx
Jekk tobżoq għad il-qares kollu
Mal-kliem li żżomm marsus bil bews stirati
Ta’ dawk xofftejk.

Għaliex m’hemm ebda kelma li nfassluha
Li biha għad xi darba nfissru nistgħu,
Ix-xewqa li ssib rokna qalb ir-resħa
Ta’ sqaq mudlam, inkella f’kartolina
Ta’ tnejn jinħabbu.

Alfred Grech

29/06/2014

No comments:

Post a Comment