Saturday, 14 June 2014



Sokor.

Minflok fl-impulsi nisker
Ta’ temp li ma tbassrux,
Ikolli noqgħod nisma’
Rapport li ma tħassrux.

Li kellu jkun sar s’issa
Sinjal maġenb it-triq,
Inkella kartolina
Imberfla b’lewn id-dieq.

Nemusa ddur ma rasek,
Trumbetta ma widnejk,
Tfittixni qalb il-paġni,
Ta’ ktieb li ġie f’idejk.

Minflok tmewwitli s-sensi,
Bħal xewka qalb il-ward,
Iċċarrat ġrieħi jnixxu,
Tibżax, għax qatt mhu tard.

Alfred Grech

14/06/2014

No comments:

Post a Comment