Tisma’ l-ħoss tal-mixi tiegħi.
Tisma’
l-ħoss tal-mixi tiegħi
Tistaqsi jekk
jieniex fil-ġnien tal-eden.
Bħal qlugħ
miftuħ moħħi
Jimbotta r-riħ
Jew bżieżaq
tas-sapun jinfaqgħu
Bħas-swar
jiġġarfu
Penelope
toftoq tila.
Hekk issa
bil-maqlub bdejt nitgħallem
Dak kollu li
tgħallimt
S’issa
U noqtol
lid-dragun
Imxeblek
fl-għanqbuta tas-setgħa.
Din tkun
l-iskuża tiegħi biex nirxoxta
Fil-ħolm li
ma nifhimx
Biex nista’
noqgħod nimraħ
In-naħħa
l-oħra.
Alfred Grech
19/06/2014

No comments:
Post a Comment