Jekk nitilqek.
Jekk
nitilqek, titlaqni
Mingħajr ma
tkun doqt l-għasel
Tan-naħal illi
jirgħa
Fuq is-sagħtar
ta’ xfar l-irdum
Fejn ibejjet
il-bies għar-raxx tal-baħar.
Jekk
nitilqek titlaqni
Mingħajr ma
taf il-għala
Kont ghedtli
kelma b’oħra
U jien
emmintek
Għax nemmen
fis-sbuħija.
Jekk
nitilqek titlaqni
Għaliex din
kienet il-ġrajja
Li t-tnejn
li aħna rajna
Minn qabel il-tarf
tagħha.
Alfred Grech
28-02-2014.



.jpg)










