Nixtieq
nistordi.
Nixtieq nistordi d-dinja bl-għajjat tiegħi
Fil-ħemda
ta’ bil-lejl xħin
kulħadd rieqed,
Bħan-nar mingħajr
ix-xrara li kebbsitu
Bħas-sħaba mingħajr
sema li taqlagħha,
Bħad-dmugħ fir-riħ
iġelben ma ħaddejja
Bħax-xemx li ma
ssaħħanx fl-eqqel tax-xitwa
Bħaż-żmien li ma
jgħaddix filwaqt li għada
Jintilef il-kulur
ta’ kull tifkira.
U nsibni nara
l-bogħod mill-eqreb għolja
U nħażżeż fuq
ir-ramel kliem ta’ mħabba
Bil-biża’ li ma
nafx għax ġejt infittxek
Mal-fwieħa li
tintilef qalb ix-xahari.
Alfred Grech
04/02/2-14

No comments:
Post a Comment