Thursday, 6 February 2014




















Jistax ikun?

Jistax ikun fid-dħaħen tat-tifkira
Ta’ dak li ma tifhimx hemm it-tweġiba?
Il-ħajja mhix hlief  kuda fir-rutina
Biex dak li jitlef ħajtu jerġa’ jsibha.

Xħin tħossok li weħilt fil-ħjut t’għanqbuta,
U ma tistax tinqala’ minn ġol ħama,
Jew tħossok qisek nemlu lanqas tidher,
Għalxejn leħnek tgħollih għax mank tinstema’;

Xħin tħossok li għodost taħt mewġa kbira
U fuq il-blat m’hemm ħadd inewwel idu,
Staqsejt jekk hemmx xi ħadd it-tila jinseġ
Jew id-disinn jitfassal kif tkun tridu?

Alfred Grech
06/02/2014


No comments:

Post a Comment