Wednesday, 5 February 2014




















Bil-lejl in-ngħas qed jirkeb.

Bil-lejl in-ngħas qed jirkeb,
U l-għejja ta’ mal jum qed tagħmel tagħha.
In-nar ta’ ġol fuklar inin u jbatti,
Buffura riħ ġarritna magħha.
Jekk mhux qed tħoss in-nuqqas tiegħi
Aħjar li ma nibqgħux nitkellmu.
Fuq blat zellieq nitgerbeb minflok niżloq:
Il-waqt li lil xulxin insellmu.
Jekk tħoss li qed titbadal b’ritmu ieħor
Aħjar li ma nibqgħux fuq l-istess skala,
U lanqas għandna niżfnu żifna waħda
Jew jiena li bqajt niżfen bla naf l-għala.

Alfred Grech
05/02/2014


No comments:

Post a Comment