It-Telgħa
t’Għammar.
Ma nafx kif
f’daqqa waħda
Dan kollu
ġie għal fuqna,
Għax qisu
kien il-bieraħ
’Mma
l-bieraħ baqa’ jsuqna.
Ma nafx kif
f’daqqa waħda
Ġiet l-għajja
tax-xjuħija,
U f’daqqa
l-mixja qsaret
U kollox
jagħmel bija.
Ma nafx kif
f’daqqa waħda
It-telgħa
tal-kalvarju,
M’għadnix
nitlagħha niflaħ
Biswit dan
is-santwarju.
Għax bewsa
minn ta’ Ġuda
Kien l-ors u
l-ferħ tal-ħajja.
Ma nafx
għaliex qed nibża’
Ma nafx għax
qed nitlajja.
Nistenna
jisbaħ għada
Biex toħroġ il-kundanna,
U nitlaq
darba għal dejjem
U ma nibqax
nitqanna.
Alfred Grech
16/02/2014

No comments:
Post a Comment