Saturday, 1 February 2014





















Le dan mhu xejn!

Le dan mhu xejn! Dan mhux ħlief tnegħid tiegħi:
Bħal meta ltqajna hawnhekk b’kumbinazzjoni,
Bħax-xmara kliem li jgħaddi minn bejnietna
U qisna waqt programm ta’ diskussjoni.

U dan mhu xejn, dan mhux ħlief tnegħid tiegħi
Kull meta nqum bil-lejl waqt holma kera’,
Għax nirfes fi trabokk kull pass li nagħmel
Kull meta nħares fiss f’għajnejk bħal f’mera.

U int, kull meta tieqaf hawn tismagħni,
Ma jkunx għaliex messitek il-kuxjenza,
Araħ jinfetaħ beraħ bieb is-sema
U xita qliel il-qtar tal-eżiżtenża.

Alfred Grech

01/02/2014

No comments:

Post a Comment