Pinġejt sbuħitek.
Pinġejt
sbuħitek b’dawn subgħajja fl-arja
Għannaqt it-tixbieħat
li bdejt ngħannilek,
Ix-xemx
bdiet tħares l-isfel u tidħkilna,
U tħassar
il-jiem kollha ta’ kemm ilek
Nieqsa minn
hawn.
Għax aħna
bdejna nidwu l-baħar ħiemed,
Is-skiet
tat-tbassiriet li r-rih ġabilna
Is-sħab li
jtella’ l-ajru biċċa biċċa,
Ix-xita
rxiex li tinżel biex taħsilna.
Imqar
is-sema, baqa jistenniena.
Alfred Grech
13/02/2014

No comments:
Post a Comment