Thursday, 27 February 2014





Jekk nitilqek.

Jekk nitilqek, titlaqni
Mingħajr ma tkun doqt l-għasel
Tan-naħal illi jirgħa
Fuq is-sagħtar ta’ xfar l-irdum
Fejn ibejjet il-bies għar-raxx tal-baħar.

Jekk nitilqek titlaqni
Mingħajr ma taf il-għala
Kont ghedtli kelma b’oħra
U jien emmintek
Għax nemmen fis-sbuħija.

Jekk nitilqek titlaqni
Għaliex din kienet il-ġrajja
Li t-tnejn li aħna rajna
Minn qabel il-tarf tagħha.

Alfred Grech

28-02-2014.

No comments:

Post a Comment