Kemm ilek li ġejt inti.
Kemm ilek li
ġejt inti
Ma kienx hemm
x’ nista’ nagħmel
Jew ngħidlek:
mhux hawn qiegħed,
Inkella nrabbi
l-qoxra
Ftit ftit
nibda nitbiegħed.
U issa
lanqas naf
Jekk moħħi
hux jiċċara
Għax demmi
qed ibaqbaq
Qed nimxi
bla ma nara.
U issa
lanqas naf
Dan kollu x’jista’
jfisser
Nixxengel u
nitbandal
Inħoss li
qed nitkisser.
U issa
lanqas naf
Imħabbtek fejn
hi qiegħeda,
Ma mewġ il-baħar
niżfen
Fuq ilmijiet
imbiegħeda.
Tqanqalni
dik il-ħarsa,
Imm’issa sar
il-ħin.
Waqqaf ix-xemx,
orbotha!
Biex tisreġ
bla ma tnin.
Imbagħad ma
nafx x’ikun
Xħin jieqaf
dan ir-ritmu,
Xħin jieqaf
ta’ bejnietna
Il-kliem. .
. imbagħad nitbikkmu.
Alfred
Grech.
08-02-2014

No comments:
Post a Comment