Wednesday, 19 February 2014



















Bħal zewġt ikwiekeb.

Bħal zewġt ikwiekeb int u jien ipetptu,
U ngħemżu lil xulxin bħal qed insellmu,
U naqsmu ma xulxin li nsiru nafu
Minn dak illi naraw bla ma nitkellmu.

Nixgħelu int u jien bħal żewġt ikwiekeb,
Nitkellmu ma xulxin minn rokna għall-oħra
Ta’ din l-immensita’ fil-baħħ u d-dalma,
U waħda ma taqsamx jekk mhux mal-oħra.

Nixgħelu int u jien bħal żewġt ikwiekeb.
F’dan l-univers hekk kbir ma tismax ħossna,
Nilluminaw id-dlam li jdur ma dwarna
U ngħelbu dad-destin li qed irossna.

Alfred Grech

17/02/2014

No comments:

Post a Comment