Jitkellem għad il-ġebel.
Jitkellem
għad il-ġebel ta’ dax-xagħari
Mal-passi ta’
min xjieħ u beda jogħotor,
Ta’ min
fil-jasar twieled jgħid il-ġrajja,
Ta’ min
iġorr il-ktajjen tat-tbatija,
Ta’ dawk l-allat
li rifsu dan il-wileġ
Għaġuna,
għamluna lsiera tal-minjieri,
Ta’ xemx li
kull ma jmur tikkarga u risreġ
U tħarbat
ħolm id-dieqa f’nofs ta’ raqda.
Il-lejl imur
u jiġi bla ma jnebbaħ
Il-ħemda
tal-għajnejn mimlija sabar,
Id-dwejjaq
jisparaw ix-xewk u l-vleġeġ
Biex jinfed
dak li qatt ma sab is-sabar
B’nuqqas ta’
rqad u ħolm bħal sodda mħabbla,
Bħax-xita li
ma xrar ta’ baħar mgħaddab
Tissieħeb,
taqta’ n-nifs tar-riħ qed jisgħol,
Bħal ġgant
li staħba war l-kantuniera.
Alfred Grech
12/02/2014

No comments:
Post a Comment