Kif tista’ qatt tifhimni.
Kif tista’
qatt tifhimni
Jekk int ma
tintebaħx
Bil-ħmura ta’
filgħodu
Mingħajra ma
jsebbaħx.
Naħsibni
kemm il-darba
Qed nonsob
mhux għal ftit,
Nitfixkel
fix-xbiek tieghi,
Ninqabad ta’ sikwit.
Bżaqtilha
fis-sunnara
Lil dik li
fit-twelid,
Xi darba
lili sellmet,
Kuljum ngħix
fit-theddid.
Bħal xbejba
li tisfratta,
Nittajjar bħal
gamiem,
Mingħajr ma
noqgħod naħseb
Kemm għad
fadallu t-tmiem.
Alfred Grech
07/02/2014

No comments:
Post a Comment