Tuesday, 18 February 2014




U għadni nistenniek.

Kull meta ġejt narak, staħbejtli wara l-kwinti,
U żgur li mhux għal kliem li ma stajniex niftehemu.
Kull meta ġejt narak, int dort mal-kantuniera,
Għalkemm stajt naf fejn kont, biss wiċċk ma stajtx nara.
Kull meta ġrejt warajk malajr rajt kif sgiċċajtli,
U żgur li mhux għaliex int eħfef aktar minni.
Kull meta ġrejt warajk u lanqas qatt ma lħaqtek,
Ma kienx għax qtajt in-nifs, jew tiġri aktar minni.
Imbagħad kull xħin fittixt fis-sotterran ta’ qalbek,
Il-qiegħ bqajt ma sibtux, x’imkien hemm tarġa’ nieqsa.
Kull xħin ħarist f’għajnejk bħal qisu bdejt inħares
Fuq xefaq l-infinit, inħares minn ġot-tieqa,
U għadni nistenniek titfaċċa hawn quddiemi.

Alfred Grech

17/02/2014

No comments:

Post a Comment