Friday, 21 February 2014




U issa xħin tlaqt inti.

U issa xħin tlaqt inti
Id-dawl ukoll intefa’
U kif ser tara timxi,
Fil-wied tal-boghod li jifred
Issa minn għal dejjem?

U issa li tlaqt inti
Taħbit il-qalb intesa’
Lilhinn minn dawn il-ħofor
Fejn tgħereq hemm il ġenna.
Qalb mewġ it-tqanqiliet
Int bqajt hemm dejjem tgħarrex,
Sirena fuq il-blat
Sibilla fommok sieket.

Fil-vini maltempata
U kliemi weraq niexef
Misjuq mil-ħin għaddej
Fantin fuq żiemel riekeb.
Id-dwejjaq saru usa
Mill-univers jitmattar
Ta’ bżieżaq li jinfaqgħu
Fuq sodda mhux mifruxa,
Taħt sema mingħajr qamar.

Kull ħsieb bħal ward miftuħ,
Inkella xewk iniggeż
U nħoss in-nifs qed jonqos
U ngħereq bla nitniffes.

Alfred Grech

21/02/2014

No comments:

Post a Comment