Monday, 10 February 2014














F’għajnejk hemm il ġejjieni qed iberraq.

F’għajnejk hemm il ġejjieni qed iberraq
Waqtiet li fihom jien ma nkunx inħares,
U xħin ma tistenniex naqlagħelek bewsa
Fl-irdum ta’ tifkiriet ta’ qalb għarwiena.
Kull xħin bdejt tħares lejja bla titkellem,
Kull meta rasi nqiegħed fuq l-imħadda,
Ħassejt minn wara l-bieba s-solitudni
Nitkellem ma l-imgħoddi u nerġa’ lura.
U nħossu qed jinħaraq biċċa biċċa
Ritratt tat-tifkiriet tas-snin mgħoddija
U mbagħad inħoss xi ħaġa fuq l-istonku.
Kullana kliem sabiħ indawwar m’għonqok
Biex nikxef is-sigriet taż-żifna mqansħa
U jista’ jkun ukoll li dina l-għanja
Li ta’ kuljum ngħannilek, għad tindara.

Alfred Grech

10/02/1024

No comments:

Post a Comment