Saturday, 22 February 2014




Kaskati ta’ kurrenti li jġorruna.

Kaskati ta’ kurrenti li jġorruna:
Jien bugħaddas fil qiegħ kull xħin nitlewmu,
Insibu ruħna ngħumu mal-baleni
Inkella maħtufin ġo xi belliegħa,
Għadira tajn li lanqas tirrifletti
L-ikħal tas-sema.

Fid-dlam tal-lejl m’hemm lanqas kewkba tiddi,
Id-diwi nisma’ biss ta’ kliemek aħrax,
Iż-żmien għaddej maħrub bla ma jistenna,
Int sirt l-eternita’ u jien bqajt ħabsi
Għax ħadt għalija.

Alfred Grech



No comments:

Post a Comment