Monday, 24 February 2014





Bdejt tħares lejja.

Bdejt tħares lejja qisek dawl ta’ qamar
Li jmelles wiċċ il-baħar,
Ir-riħ li ‘l-qlugħ qed jimla’
Tal-bastiment ta’ħajti
Mitluq bejn sema u ilma.
Xi minn daqqiet bħal-leħħa tad-djamanti
Tax-xemx li qed titbissem fuq wiċċ l-ilma
Saru dawk xuftejk.
Inti tila li fuqha l-ilwien nifrex
Tal-ħolm illi bik noħlom,
Inkella żiffa riħ ma wiċċi tmelles
Il-ħmura taż-żernieq xħin jisbaħ l-għada.
U kull fejn tkun jien żgur insibek
Għax nagħraf id-dell tiegħek
U l-marki ta’ saqajk minn elf mark’ oħra.

Alfred Grech

24-02-2014

No comments:

Post a Comment