Tuesday, 28 January 2014




















Laqtitni x-xemx bħal meta b’ħarsti nolqtok.

Laqtitni x-xemx bħal meta b’ħarsti nolqtok
U nbexxaq il-persjani tal-imħabba,
Ma jitkellmux idejja qabel ħarsti
U lanqas ma jitħallat nifs ma ieħor.
Jingħalaq l-infinit tad-dlam tal-bieraħ
Xħin jegħereq fid-destin ta’ żernieq ieħor,
Int tibqa’ bħal qaddisa fuq it-tila
Jew toqgħod titbissimli minn ġol kwadru.
Minn fejn għaddejt jidhirli li smajt leħnek,
Fil-ħsejjes ta’ ġo moħħi hemm int tgħanni
Dik l-għanja li tfakkarni f’mewġ il-baħar,
Kull rokna rbaħt, il-ħin sar kollu tiegħek.
U jien fil-ħemda waħdi bqajt nistenna
Id f’id ix-xewqa twennes kull tifkira.

Alfred Grech
29/01/2014


No comments:

Post a Comment