Friday, 24 January 2014















Bit-tajn taż-żebliegħ.

Bit-tajn taż-żebliegħ mingħajr rieda
Għax l-għamad kien kiefer f’għajnejja;
Ma stajtx sewwa nara new nisma’
Is-seħer ta’ kliemek f’widnejja.

Ma smajtx it-tfesfis ta’ kliem sieber
U weħel il-kliem fi griżmejja,
Kont mimli bil-qilla tal-għadu,
Bdiet tgħotor u teħel riġlejja.

Ma nafx jekk smajthiex it-tnehida,
Inħliet ma kull demgħa f’għajnejja
Il-wegħeda ta’ ruħ li tittarraf
U taħfer li ġabet b’idejja.

Alfred Grech

24/01/2014

No comments:

Post a Comment