Is skiet tiegħek.
Is skiet
tiegħek bħal ħemda wara karba,
Dak kollu li
nkun ktibt int tħassaruli,
Bħad-dieqa
xħin bla xemx filgħodu jisbaħ,
Inkella d-dawl
jintefa f’nofs ta’ lejla
U nsib li
trib għal għandek f’daqqa ntilfet.
Kull bewsa
silenzuża li tagħtini
Inqisha triq
li minnha ħadd ma jgħaddi,
Fejn jien
nispiċċa biċċa mix-xenarju,
Bejn sħab u
xemx imdendel qed nistenna.
Imm’inti taf
li kull xħin lejk inħares
Insir bħal
misraħ nies kulħadd jiċċassa,
Inneżża ċ-ċentifoli
fil-ġnien tiegħek
U s-skiet
tal-ħarsa tiegħek isir skandlu.
Alfred Grech
23/01/2014

No comments:
Post a Comment