Monday, 27 January 2014




















Jekk int trid tafni sew.

Jekk int trid tafni sew
Tibqax tghatini bil ħarta;
Ta’ kuljum trid tinża’ l-libsa.
Għax int taħsadni lili
Kemm il-darba
Xħin tinża u tibqa’ temmen dik il-gidba
Li għalmithielek ommok
U int rawwamt matul is-snin
Bla qatt ma stajt tintebaħ.
Trid tafni sew?
Fis eħles mill-għanqbut
U l-brimba li nisġitu
Imbagħad aqbadli jdejja
Ħa mmorru nistaħbew
Fejn ħadd ma jara.

Alfred Grech
27/01/2014


No comments:

Post a Comment