Nisirqek.
Nisirqek
Bħal qatra nida
Li tinżel issaffi
U ttaffi
U tnessi
Għal ftit tal-ħin
Il-ħruq tal-imħabba.
Nisirqek
Bħal duwa
Li għal dak il-ħin
l-uġigħ u d-dwejjaq tnessi
tal-marda bla fejqan.
Nisirqek
Bħal leħħa ta’ berqa
Ja poeżija,
U nħażżeż is-sabiħ biex jibqa’ għal
dejjem.
Alfred Grech

No comments:
Post a Comment