Wednesday, 15 January 2014





l-lejla ridt tmur torqod.

Il-lejla ridt tmur torqod aktar kmieni
Għaliex għal qalb li lanqas għada tħabbat,
Ma tridx li ma tkunx hawn u tingħadd xorta.
U jista’ jkun ukoll ma trid titkellem,
Għaliex il-kliem arloġġ bla minutiera,
Xħin jieqaf it-tektik, spiċċalu l-ħabel.
Inkella għaliex ħassejt illi bejnietna
Xejn ġdid m’għadu jingħad; sirna raddiena.
U dawk il-kliem li mdorrijin intennu
X’hinuma nafu qabel ma nlissnuhom,
Għax huma l-istess kliem illi jistenna
Kull wieħed minna t-tnejn li sejjer jisma’.
U mbagħad aktarx li bejnek u bejn ruħħek
Ippreferejt ir-rqad minn xi skakkiera,
Aħjar li ma tkunx hawn milli tintasab
Bħal min mhux qiegħed hawn u jingħadd xorta.

Alfred Grech

15/01/2013

No comments:

Post a Comment