Infittxek bejn il-ġwienaħ ta’ xi għanja.
Infittxek
bejn il-ġwienaħ ta’ xi għanja,
Tvenvin
ir-rih fil-liwi ta’ mogħodija,
Tikmix
il-blat mikxuf u linji mgħawwġa
F’tal-użinjol
il-biki solitarju,
Tal-bewsa li
mingħandek qed nistenna,
Li tnaqqas
id-distanza ta’ bejnietna.
Imbgħad
il-moħħ tal-qalb il-passi jterraq,
Megħluba
t-tnejn mill-ħemda ta’ fl-għaxija,
U inti dell
fil-bosk ta’ ħsibijieti
Biex f’daqqa
waħda nibda ngħannihielek
Tal-baħar
l-għanja tbewwes il-ħolm tiegħi,
Tal-kwiekeb
tas-smewwiet is-sinfonija
U nintonaw
flimkien, il-ħlewwa t’għada.
Alfred Grech
09/01/2013.

No comments:
Post a Comment