Infittxek biex insibek.
Infittxek biex insibek qalb in noti
Li jdoqqu jdejn esperti fuq il-pjanu,
U nsibek mat-tgħannieqa ta’ xi fewġa
Li f’imnifsejja treġġa l-fwieħa tiegħek,
Qalb l-għana tal-għasafar kull filgħodu
Li jqanqlu l-ħin ta’ ħemda u riflessjoni,
Infittxek biex insibek qed tittajjar
Moħbija wara s-shab tat-tamiet t’għada,
Inkella żżomm f’idejk il-kalċi tiegħi.
Alfred Grech
21/01/2014

No comments:
Post a Comment