Tuesday, 17 June 2014




Il-bieraħ waqt li ċ-ċpar.

Il-bieraħ waqt li ċ-ċpar kien qed jitkaxkar
Ix-xema inħbiet u l-lejl geddumu ddendel.
Staqsejtek tafx ir-riżultat tal-logħoba
Li kient qed tintlagħab: lanqas weġibtni:
Biex sirt il-konfessur ta’ qalb imriegħexa,
Xħin qam ir-riħ u ebda qlugħ ma tmattar.
Sejjaħtli ġifa u għed li miniex raġel,
Għax xħin il-logħba bdiet, jien tlaqtek waħdek
Mingħajr ma biss urejtek xi kif trid tilgħab,
U inti ħsibt li din ripetizzjoni
Jew xeneġġjat ta’ logħba li ġa ntagħbet.
Il-qamar qagħad jittawwal lilu nnifsu,
U bqajt tistenna l-grillu jaqta’ l-ħemda,
U l-anġli jħokku l-ġwienaħ f’tempju mwarrab
Fejn lanqas jogħla għasfur bit-toqol tiegħu:
Dell misħut fuq skrin tridimensjonali.

Alfred Grech

17/06/2014

No comments:

Post a Comment