Tuesday, 24 June 2014



Il-bieraħ ma ltqajnix.

Il-bieraħ ma ltqajnix
U jien ma ħadtx għalija,
Bħal min lanqas ma jaf b’dak li jrid jisma’
U stajt hawn noqgħod waħdi
Gwardjan tal-kwiekeb.
Sar xaqq fil-blat il-bogħod li hemm bejnietna.
Għaddejt b’moqdief f’kajjikk
Mill-oċean ta’ ruħek
Mingħajr ħsejjes
Mingħajr ma sibt xi skoll jew xatt
Fejn noħlom ir-rumanzi
Għad dawl tal-qamar kwinta.
Imbagħad, stennejt tgħannieqa
Tħajjarni nidħol ġewwa
F’dik ir-rokna
Fejn insteraq is-sewwa mill-ġenna.
Jien ma nieħux għalija
Xħin lanqas jimpurtak,
Jew tieħu gost titpaxxa
Tgħodd il-kuluri.

Alfred Grech
24/06/3014


No comments:

Post a Comment