XCV.
Nixxierek ma
kull dell xħin jisgħobija,
Imsensla l-ħsibijiet
f’kullana ġawhar,
Sibt ruħi
hawn għarwien, hekk mingħalija,
Bħal ħmar
il-lejl ta’ ħsieb li baqa’ jgħawwar.
Quddiem tgħannieq
ix-xenqa wkoll nitħajjar
Li gietni
kontra r-riħ hekk kif tħaxwixa
Ta’ weraq
għadu jaqa’ r-riħ itajjar,
Jien bandla
ta’ tqanqil għax sirt tferfira.
Man-nifs
tar-riħ imelles kull tidwira
Buffura ta’
waqtiet ma pinnur bieżel,
Pinġejtek
uragan idur f’għdira,
Bqajt iggranfat
mal-baga tiela’ u jieżel
Ta’ sidrek
baħar jimla’ bla ma tfalli,
Mal-mewġa li
waqrajk xħin titlaq tħalli.
Alfred
Grech.
12/05/2014

No comments:
Post a Comment