Wednesday, 18 June 2014



Stenbaħt għax sar il-ħin.

Stenbaħt għax sar il-ħin, mhux għax qomt kmieni,
U l-ħin ilu li sar għal kemm il-darba,
U ħsibt ukoll li naf ma min kont miexi
U f’daqqa waħda sibtni li ħrabt ħarba.

Qanqiena ddoqq sabiex jien fik niftaħar,
Għax bħaż-żunżan li jirgħa qalb il-wileġ
Infittex bdejt jien l-għasel tal-ispirtu
F’kull għar mudlam, f’kull rokna u bdejt ninfileġ.

Għax int il-baħħ, il-ħoss tal-eżiżtenża,
Għarib għalik innifsek kif għal bqija,
Għidli min int biex dan l-istar inċarrat,
Kull xħin jingħalaq bieb, biex niftaħ mija?

Alfred Grech

18/06/2014

No comments:

Post a Comment