Ejja nilgħabu ftit.
Ejja
nilgħabu ftit:
Hemm barra
nieżla x-xita,
Għalik u
għal waqt wieħed ir-riħ waqaf,
Ir-riħ kien
sewwed qalbu
U ma qal
xejn, u waqaf f’daqqa waħda
Bħan-nida
fuq il-weraq.
Għajnejnk
ħġieġ ta’ filgħodu,
Mal-mewġ
tal-baħar xuxtek.
Xuftejja
bħad deżert tat-tentazzjoni
U xħn inbus
ix-xfar t’għajnejk,
Jinsewna
r-riħ u x-xita.
Ħaddejk
bħaċ-ċentifolji f’nofs ix-xitwa,
Saqajja qed
jitilfu
Il-pass ta’
min is-soltu jimxi waħdu.
Alfred Grech
07/06/2014

No comments:
Post a Comment