Thursday, 5 June 2014


Issa li fuq il-mewġ tal-bieraħ.

Issa li fuq il-mewġ tal-bieraħ
Niżlet ix-xemx tal-għass,
Is-sema sar djamanti
Imelles xfar il-blat,
Int miegħi tista’ tgħodos
Fil-baħar tas-sorpriżi.

Tinbet għalxejn il-warda f’nofs ta’ xahari
Tinfed il-blat u tiċħad l-art tat-tama
Għax bħali għad issir. . . indifferenti,
L-allat tisfida u tikber waħdek
Fil-libsa mlaħalħa
Tas-skiet li ma tifhimx.

Jekk trid għad tista’ wkoll tisseqqer tibqa’
Taħt sema li jinfirex mal-burdati
Imbagħad fil-baħħ t’għajnejja tibda tħares
Biex mingħalik trid tikxef għad
ix-xefaq li ma deherx.
U l-aqwa ħaġa tkun xħin jiġi l-lejl
Xħin jaqgħu id-djamanti
U tibda l-avventura.

Alfred Grech

05/06/2014

No comments:

Post a Comment