Inħażżeż b’ittri kbar ma ġismek kollu.
Inħażżeż b’ittri
kbar ma ġismek kollu,
It-tqanqiliet
li nħoss biex għad titħajjar,
Bħal qisni
qed induq xuftejk tal-għasel,
Inkella nbus
farfett li qed jittajjar.
Maż-żiffa
riħ kull xħin irewwħu l-ġwienaħ
U nduq
il-qtar tal-kwiekeb fuq xuftejja,
U nibda ntir
’l-fuq sa ma tilmaħni,
Jiċkien il-ħin
imbagħad xħin tiġi ħdejja.
U nfarfar
minn ħaddejk il-frak tal-fidda,
U minn
xuftejk l-ilwien ta’ kull qawsalla;
F’għajnejk
ileqqu, nilmaħ l-impossibbli,
Għax naf
ukoll li d-dinja ta’ min falla.
U mbagħad
nittajjar nibqa’ l-fewġa riekeb,
Sakemm fuq
dahri nħoss il-qtar tal-kwiekeb.
Alfred Grech
06/06/2014

No comments:
Post a Comment