Skiet biss.
Skiet biss
hemm fl-isqaqien tat-tama,
U inti ġejt
xħin lanqas kont nistenna,
F’idejk
iġġorr biċċiet ċaqquf minn qalbi,
Musbieħ
il-lejl fuq ħsibijiet imtarxa
Idawwal triqtek.
Ix-xita kienet
tiżfen
Taħt sema
mimli kwiekeb
Ma ritmi
foloz.
Ħallejt minqux
ġo ruħi
Iċ-ċikatriċi
t’elf mitt ħolma,
Fuq wiċċ is-solitudni
l-biża,
L-imħabba
tokrob.
Ma biebi
nistenniek għalxejn li tħabbat,
Aktarx li
tlift it-triq xħin bdejt titlajja.
Alfred Grech
01/07/2014.

No comments:
Post a Comment