Ma jibqa’ xejn.
Ma jibqa’
xejn jekk mhux ir-ramel
Li jiżloq
minn mas-swaba ta’ kull wegħeda
Inkella bħal
kull kelma li kont tgħidli
U issa
insejtha.
Bħas sħab taħt
sema safi
Mir-riħ
tal-bidla mkeċċi,
It-tqanqiliet,
għafsiet il-qalb,
Kull xħin
kont tisparixxi.
Għalhekk li
jibqa’ llum
Mill-kliem
imħżżeż fl-arja,
Mid-dħaħen
li joqorbu lejn is-sema,
Hu biss
il-ħsieb li għad xi darba
Nitwieled bniedem
ġdid
U nħares
lejja nnifsi bħal baħħari
Li jilmaħ
l-art imbiegħeda.
Issa li
s-skiet ġo sidrek rebaħ
Ta’
filgħaxija għanni l-għanja
Ma nżul
ix-xemx li jegħereq.
Alfred Grech
08/07/2014

No comments:
Post a Comment