U jgħaddu minn quddiem il-bieb ewlieni.
U jgħaddu
minn quddiem il-bieb ewlieni
Iħirsa ta’
kuljum fuq ferrovija,
U jiġi
ż-żmien li ngħaraf lili nnifsi
Tal-kopji
jibqa’ biss in-nstalġija.
Għax fomm
ix-xemx mitbuq, ħaddejha sofor
Għal dawk li
qatt ma jħarsu lejn is-sema,
U jieqaf għal
xi drabi taħbit qalbi
U werqa ittir
mar riħ fl-iskart tintrema’.
‘Mma lanqas
dlam il-lejl ma jibqa’ jidher,
Biex jgħatti
‘l-dawk li lanqas biss jinstabu,
Li qatt ma
kellhom wiċċ u lanqas ħajja
U qatt ma
kienu hawn u qatt ma lagħbu.
Alfred Grech
03/06/2014

No comments:
Post a Comment